“Minn Spazju Moħli, Qed Inroddu Lura Lill-Komunità Spazju Rikreattiv” – Romilda B. Zarb

 “Minn Spazju Moħli, Qed Inroddu Lura Lill-Komunità Spazju Rikreattiv” – Romilda B. Zarb

Dalgħodu ġie inawgurat outdoor gym fl-iskola sekondarja Marija Reġina fiż-Żokrija fil-Mosta. Spazju rikreattiv li ser ikun użat mill-istudenti fost il-ġimgħa filgħodu, waqt li fost il-ġimgħa filgħaxijiet u anka weekends ser jitgawda mill-komunità.

Fi żmien fejn sfortunatament f’pajjiżna qed nibqgħu niġu kklassifikati bl-ogħla rata ta’ obesità fl-Ewropa huwa aktar importanti li nħajjru liċ-ċittadini biex jekk ikun hemm iċ-ċans jiżvolġu f’attività fiżika.

Dan il-proġett li nbeda mis-sebgħa leġislatura, issa ġie attwat.

“Illum bi pjaċir inħabbar proġett li ħdimt fuqu mill-ewwel ġurnata li dħalt bħala Sindku, proġett li tħalla fil-fażi ta’ tender iżda li ħdimt mall-kunsilliera biex narawh jitlesta ħalli jiġi mogħti lill-komunita`, spazju fejn wieħed jitrenja.
Minn spazju moħli nvestejna fih, grazzi għall-fondi ta’ DPF, €175,000 biex ser inkunu qed inrodduh lilkom biex tgawduh”, qaltilna s-Sindku tal-Mosta Romilda Baldacchino Zarb.

Qalet li din hija l-ħidma li temmen biha, lil hinn mill-kuluri politiċi u għażlet li tkompli proġetti li wħud minnhom kienu biss titlu fuq il-karta iżda li ġew mwegħda lin-nies.

“Jiena persuna li nlesti l-proġetti għax jiena tagħkom ir-residenti u għalhekk qegħda hawn f’dan ir-rwol,” temmet tgħid is-Sindku tal-Mosta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com