Id-Dinosawri Jitfaċċaw Fit-Toroq Tal-Belt – Joħroġ It-Trailer Ta’ Jurassic World Dominion

 Id-Dinosawri Jitfaċċaw Fit-Toroq Tal-Belt – Joħroġ It-Trailer Ta’ Jurassic World Dominion

“Kemm aħna kburin!” din hija l-ewwel reazzjoni tal-Kummissarju tal-Films Johann Grech hekk kif għadu kemm ħareġ madwar id-dinja l-ewwel trailer tal-film ‘Jurassic World Dominion’.

Dan il-film huwa l-ewwel wieħed fl-istorja tal-films li Malta ser tkun qed tissemma kif ukoll tidher bħala Malta.

“Grazzi għal Colin Trevorrow, fil-film tiegħu ‘Jurassic World Dominion’ Malta ssir id-dar għad-dinosawri,” tenna Johann Grech f’kumment li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

‘Jurassic World Dominion’se jkun qed joħroġ fiċ-ċinema fl-10 ta’ Ġunju li ġej u diġà hemm stennija kbira għalih hekk kif mistenni jkun wieħed mill-aktar popolari madwar id-dinja fl-2022.

F’dan il-film jidhru diversi postijiet f’Malta fosthom il-Belt Valletta, il-Furjana u l-Birgu.

‘Jurassic World Dominion’ ħalla fl-ekonomija ta’ Malta madwar €20 miljun.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com