Il-Festa Ta’ San Pawl Tagħlaq B’Mod Grandjuż

 Il-Festa Ta’ San Pawl Tagħlaq B’Mod Grandjuż

Żewġ ritratti mill-isbaħ li ttieħdu propju lbieraħ filgħaxija f’jum il-festa ta’ San Pawl juru fl-isfond ta’ Malta u Għawdex il-grandjożita tal-vulkan Etna fi Sqallija hekk kif kien qed jiżbroffa.

Ir-ritratt ta’ Daniel Cilia, juri l-istatwa ta’ San Pawl li nsibu fuq il-gżira li ġġib l-istess isem propju fi tmiem il-ġurnata dedikata lill-qaddis. Fl-isfond spettaklu ta’ nar mill-Etna li temm din il-ġurnata b’mod grandjuż.

Daniel Cilia fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb li dan ir-ritratt ittieħed fl-għaxra neqsin tnax-il minuta u tmintax-il sekonda.

Ritratt ieħor li ttieħed kien dak ta’ George Carl Camilleri, din id-darba minn Għawdex.

Dan ir-ritratt juri “l-kalma”, bl-istatwa tas-Salvatur fuq l-għolja tal-Merzuq. Fl-isfond, “ir-rabja” tal-vulkan Etna.

Prosit liż-żewġ fotografi ta’ dawn ir-ritratti verament sbieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com