Il-Ġnien Biswit Il-Mitħna Fil-Mosta Se Jkun Imsemmi Għal Dr Victor Calvagna

 Il-Ġnien Biswit Il-Mitħna Fil-Mosta Se Jkun Imsemmi Għal Dr Victor Calvagna

“Ix-xogħolijiet fil-ġnien biswit il-mitħna fil-Mosta dalwaqt ikunu lesti.”

Hekk ħabbar dalgħodu s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat permezz ta’ filmat qasir waqt żjara li għamel dalgħodu fil-ġnien biex isegwi l-progress li sar.

Huwa ħabbar ukoll li wara li tkellem mal-familja ta’ Dr Victor Calvagna ġie deċiż li dan il-ġnien propju jissemma għalih.

“Ġnien Victor Calvagna se jibqa’ jservi ta’ eżempju ta’ kif għandu jkun ċittadin eżemplari, li jaqdi rwolu fis-soċjetà b’imħabba u dedikazzjoni,” temm jgħid Alex Muscat.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com