In-Neputija Ta’ Evarist Bartolo Bi Protesta Wara Li Saret Taf Li Se Jkun Qed Jerġa’ Jikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali

 In-Neputija Ta’ Evarist Bartolo Bi Protesta Wara Li Saret Taf Li Se Jkun Qed Jerġa’ Jikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali

“Tivvotax għal Varist ħalli jirtira.” Hekk kitbet in-neputija ta’ sitt snin ta’ Evarist Bartolo.

Bartolo qal li n-neputija tiegħu ma ħaditx gost meta fehma li kien se jerġa’ joħroġ għall-elezzjoni ġenerali oħra.

Evarist Bartolo fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb li n-neputija għamlet dan il-poster u qagħdet iddur bih mad-dar f’dimostrazzjoni ta’ persuna waħda.

“Ilha tgħidli biex nirtira ħa noqgħod nilgħab magħha noli, neħodha l-bandli, inwaddbu l-imħaded lejn xulxin u niġru wara xulxin jew inmorru xi mixja rari fil-kampanja,” tenna Evarist Bartolo.

Din hija t-tmien elezzjoni li Evarist Bartolo se jikkontesta fil-fatt l-ewwel waħda kienet propju 30 sena ilu. “S’issa nirringrazzja lill-votanti għax dejjem tlajt mill-10 u 12-il distrett f’seba’ elezzjonijiet wara xulxin,” tenna Bartolo, filwaqt li qal li jittama li din il-fiduċja ġiet imsarrfa mqar fi ftit ġid għall-poplu.

Huwa temm jgħid li lest inkompli jservi għas-snin li ġejjin, naturalment “jekk biżżejjed votanti ma jisimghux min-neputija u jivvotawli fl-elezzjoni li ġejja.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com