Il-KE Ssostni Li Malta Se Jkollha L-Aqwa Rata Ta’ Tkabbir Ekonomiku Fl-UE
![Il-KE Ssostni Li Malta Se Jkollha L-Aqwa Rata Ta’ Tkabbir Ekonomiku Fl-UE](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/02/Aerial-view-of-Valletta-1024x575-1-850x560.jpg)
Fl-aħħar tbassir tagħhom ippubblikat illum, l-ekonomisti tal-Kummissjoni Ewropea qed isostnu li din is-sena l-ekonomija Maltija se jkollha l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan meta mistennija li tikber b’6%, li jfisser darba u nofs ir-rata ta’ tkabbir li bih se tikber l-ekonomija Ewropea.
Fi stqarrija l-Gvern qal li skont l-esperti Ewropej, it-tkabbir se jseħħ minħabba domanda domestika b’saħħitha kif ukoll permezz tal-pjan ta’ rkupru u ta’ reżiljenza. Dawn se jwasslu biex pajjiżna jerġa’ lura għall-qagħda ekonomika li kellu qabel il-pandemija sa nofs din is-sena.
Ir-rapport jinnota li, “Relative to the EU average, inflation in Malta increased only moderately in 2021”. Dan mistenni jkompli din is-sena l-aktar minħabba d-deċiżjoni li ħa l-gvern biex iżomm il-prezz tal-enerġija stabbli. Din hija l-anqas rata ta’ inflazzjoni mbassra għal pajjiż fl-Unjoni. Bħala medja, l-inflazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea mistennija titla’ għal 3.9%, jew id-doppju ta’ pajjiżna.
Il-Gvern jibqa’ kommess li r-rata ta’ rkupru ekonomiku f’pajjiżna tkun l-aħjar fl-Ewropa kif ukoll biex ikompli jkun tarka għall-familji tagħna.
Ritratt: oerlive.com