“Il-Partit Laburista Jinsab F’Paniku” – Il-PN

 “Il-Partit Laburista Jinsab F’Paniku” – Il-PN

Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista, intqal li l-Partit Laburista jinsab f’paniku biex imewwet l-istorja tad-drone fuq id-dar tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

“Kien Robert Abela li kixef idu stess meta kien taħt pressjoni u għadda kummenti fejn ta dettalji dwar id-dar tal-Kap tal-Oppożizzjoni ftit sigħat biss wara li drone ittajjar fuq l-istess dar.

L-istorja nbdiet għax Robert Abela ried jiddevja mill-istorja dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ gang kriminali.”, kompliet tgħid l-istqarrija.

Qalet li l-Partit Laburista issa qed jipprova jirredikola l-kwistjoni tad-drones billi jagħti x’jifhem li dan kien drone tal-Awtorità tal-Ippjanar.

“Jason Micallef ukoll għamel stqarrija selettiva fejn innega li hu bagħat id-drone. Dan biex jipprova jwaqqaf investigazzjoni fuq aġir li lkoll nafu li ġieli ntuża mill-Partit Laburista u mill-mezzi tax-xandir tiegħu kontra esponenti tal-Partit Nazzjonalista f’tentattiv biex isiktuna.

Il-Prim Ministru jagħmel tajjeb li minflok dettalji fuq id-dar tal-Kap tal-Oppożizzjoni jagħti rendikont sħiħ tan-negozju li għamel ma’ dan l-allegat membru ta’ gang kriminali u jispjega xi qliegħ sar minn dan in-negozju u jekk ġietx dikjarata tħallsitx it-taxxa dovuta.” Hekk temmet tgħid l-istqarrija mill-Partit Nazzjonalista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com