Ir-Ritorn Tal-MESC Kien Diżappuntanti?

 Ir-Ritorn Tal-MESC Kien Diżappuntanti?

Ir-ritorn tal-Malta Eurovision Song Contest jidher li għal bosta nies ma’ niżel xejn tajjeb b’diversi nies li kienu qed isegwu mid-dar qalu li tilfu l-interess u dawru l-istazzjon fuq xi ħaġa oħra jew marru jorqdu. Dawk li kienu preżenti fis-sala qalu li stennew ħafna aktar, b’serata ta’ livell artistiku għola minn dawk preċedenti u spettakli oħra li rajna propju ftit tal-jiem ilu.

Fil-fatt bosta kkummentaw li l-programm televiżiv X Factor Malta u l-kunċert Mużika Mużika kienu ħafna aktar ta’ livell għoli mis-serata tal-MESC tal-bieraħ, fejn kien hemm stennija kbira għalih wara nuqqas ta’ 4 snin.

Il-pubbliku kien diżappuntat ukoll għal kif il-biljetti kienu qed jinbiegħu bi prezzijiet esaġerati. Dan b’riżultat li t-tinda tal-MFCC kienet prattikament kważi vojta.

Ir-reklami ma jonqsux, b’ammont esaġerat ta’ reklamar kull ftit minuti.

Bla dubju wieħed ma jistax jikkritika t-talent tal-kantanti li qed jipparteċipaw f’din l-edizzjoni li huwa ta’ livell tajjeb, għalkemm l-għażla tal-kanzunetti wkoll qajmet kontroversja, b’uħud jgħidu li m’hemmx aktar minn ħames kanzunetti li huma ta’ livell li nikkompetu bihom.

Il-lejla mistennija serata oħra fejn fiha se jkunu qed ikantaw il-kantanti li ħadu sehem fil-Eurovision Song Contest matul is-snin kollha li Malta ħadet sehem, b’kollox 33 darba.

Is-16-il finalist għall-finali ta’ għada ser ikunu qed jitħabbru matul is-serata tal-lejla li se tkun preżentata minn Ryan Borg, Josmar u Ron.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com