Kristy Debono U Mario Galea Jiddeċiedu Wkoll Li Ma Jikkontestawx
Hekk kif aktar kmieni Clyde Puli kkonferma fuq il-mezzi soċjali tiegħu li mhux se jkun qed jerġa jikkontesta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, ftit ħin wara kien konfermat ukoll li Kristy Debono u Mario Galea għażlu li jtemmu l-karriera politika tagħhom ukoll.
Fi stqarrija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil Mario Galea, Clyde Puli u Kristy Debono għas-snin ta’ servizz tagħhom lejn il-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista.
Intqal li huma t-tlieta ddeċidew li ma jikkontestawx l-elezzjoni li jmiss, għal diversi raġunijiet personali.
Il-PN temm l-istqarrija billi rringrazzjahom tal-appoġġ u l-kontribut kontinwu tagħhom u awguralhom.
Minn naħa l-oħra l-Partit Laburista fi stqarrija qal li t-tħabbira ta’ tliet Deputati tal-Partit Nazzjonalista li telqu mil-lista ta’ kandidati tal-PN u għalhekk mhux se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali hija riflessjoni tal-istat li jinsab fih il-PN ta’ Bernard Grech.
Ara wkoll: