L-Aqwa Tribute Band Tal-Beatles F’Malta

 L-Aqwa Tribute Band Tal-Beatles F’Malta

F’dak li huwa meqjus bħala wieħed mill-kunċerti ewlenin għal din is-sena, id-dilettanti kollha tal-mużika tal-Beatles se jkollhom l-opportunità li jaraw il-Bootleg Beatles, li huma rikonoxxuti bħala l-aqwa tribute band tal-Beatles fid-dinja.

Il-Bootleg Beatles daqqew ma’ diversi artisti ewlenin bħal David Bowie, Oasis, Rod Steward Bon Jovi u oħrajn. Sal-lum il-band wasslet iktar minn 4,500 kunċert madwar il-globu.

Daqqew ukoll fil-Palazz ta’ Buckingham għall-Ġublew Tad-Deheb tar-Reġina u anke f’okkażjoni oħra tal-istat.

Il-Bootleg Beatles se jkunu f’Malta għal żewġ kunċerti nhar il-Ġimgħa 11 u s-Sibt 12 ta’ Marzu fil-Hilton.

Din ser tkun esperjenza sabiħa għal dawk kollha li jħobbu l-mużika tal-Beatles.

Il-Kunċert qiegħed jitwassal minn Y Events bil-kollaborazzjoni ta’ Calypso Radio 101.8 u Visit Malta.

Biljetti jistgħu jinkisbu minn hawn jew bit-telephone fuq 21801403.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com