Miegħek. Għal Malta – It-Tema Magħżula Tal-PN Għall-Elezzjoni Ġenerali
Hekk kif ftit tal-ħin ilu saret magħrufa d-data tal-elezzjoni ġenerali, ftit qabel id-diskors tal-Kap tal-PN Bernard Grech fil-Mosta, il-PN nieda t-tema wkoll għal din l-elezzjoni ġenerali, tas-26 ta’ Marzu.
Quddiem folla numeruża Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab lest għall-elezzjoni, filwaqt li huwa lest biex jirbaħ għal Malta.
Bernard Grech ħabbar ukoll li se jkun qed jiftaħ din il-kampanja elettorali b’rally kbir quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN il-lejla fis-6pm bit-tema, ‘Miegħek. Għal Malta’.