Tikolx Minn Dan Il-Prodott Minħabba Kontaminazzjoni

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u kif ukoll permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba l-kontaminazzjoni bil-kulur Sudan Blue II li mhuwiex awtorizzat li jintuża fl-ikel.
Isem tal-prodott: Roasted Corn (togħoma ta’ BBQ)
Ditta: Meray
Piż: 150g
Lott u Data tad-Durabbilità: 21002468; 23/09/2022 u 21002045; 30/07/2022
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 jew jibgħat email fuq [email protected].