Arrestat Raġel Ta’ 38 Sena B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Vettura

 Arrestat Raġel Ta’ 38 Sena B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Vettura

Investigazzjonijiet mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Arsons Unit, flimkien mad-Distrett tal-Ħamrun, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 38 sena residenti l-Ħamrun, b’rabta ma’ ħruq ta’ vettura.

Il-każ seħħ nhar is-17 ta’ Marzu li għadda, meta għal xi t-tlieta ta’ filgħodu, il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu fi Triq il-Bajjada, il-Marsa peress li kien hemm vettura qed taqbad.

Wara li ntfew in-nirien, minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija filwaqt li ġiet infurmata lMaġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta. Mill-istħarriġ li sar u wara li ġew analizzati diversi filmati minn kameras tas-sigurtà, irriżulta li l-karozza, Toyota IQ, ingħatat in-nar.

L-investigazzjonijiet wasslu sabiex ġiet identifikata l-persuna li allegatament wettqet dan ir-reat u ġiet arrestata lbieraħ filgħodu.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com