Raġel Ta’ 22 Sena Jaqa’ Madwar 3 Sulari Ġo Xaft

 Raġel Ta’ 22 Sena Jaqa’ Madwar 3 Sulari Ġo Xaft

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi blokka t’appartamenti fi Triq San Vinċenz, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 22 sena residenti Marsaskala, weġġa’ wara li waqa’ madwar 3 sulari ġo xaft waqt li kien qed jagħmel xogħol f’appartament.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com