Fl-Italja Missier Joqtol Liż-Żewġ Uliedu B’Sikkina U Wara Jneħħi Ħajtu Bl-Istess Arma

 Fl-Italja Missier Joqtol Liż-Żewġ Uliedu B’Sikkina U Wara Jneħħi Ħajtu Bl-Istess Arma

Dalgħodu, fl-Italja omm sabet ma’ wiċċa xena makabra għall-aħħar hekk kif x’ħin marret biex tiġbor lit-tfal mingħand missierhom biex teħodhom l-iskola ssibhom kollha mejta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet il-Pulizija Taljana qalet li kien propju l-missier ta’ 44 sena li qatel liż-żewġ uliedu, u wara neħħa ħajtu b’idejh fl-appartament tiegħu fil-provinċja ta’ Varese.

L-investigaturi qalu li l-missier, Andrea Rossin l-ewwel qatel lil ibni Alessio ta’ 7 snin b’sikkina, u wara qatel lil bintu ta’ 13-il sena. Wara dan il-qtil makabru huwa neħħa ħajtu bl-istess arma.

Andrea Rossin u martu ġimgħatejn ilu kienu bdew proċess ta’ separazzjoni, li huwa ma’ kienx aċċetta din is-sitwazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com