Kelb Imur Ifissed Attur Waqt Reċta Għax Hasbu Weġġa’
Waqt spettaklu teatrali barra fi pjazza fit-Turkija, kelb ħelu tat-triq, innota attur mimdum fl-art u ħasbu weġġa’. Dlonk il-kelb mar jilagħqlu wiċċu u nteffa’ mgħannaq miegħu madwar għonqu.
L-attur kien qed jinterpreta parti ta’ raġel li waqa’ minn fuq żiemel. Imma l-kelb ħasibha realtà.
Bla dubju, in-nies ċapċpu bil-qalb; din id-darba mhux għall-attur iżda għax iggustaw lil dan il-kelb ħelu.