L-Għoli Tal-Ħajja Fir-Russja Jisplodi ‘L Fuq
L-għoli tal-ħajja fir-Russja kuljum li jgħaddi dejjem qed jiżdied, kawża tal-invażjoni tal-pajjiż tal-Ukrajna.
Iċ-ċifri uffiċjali juru kif il-prezzijiet ta’ affarijiet u ikel essenzjali tad-dar, żdied b’14% matul il-ġimgħa li għaddiet.
Kawża tal-gwerra l-inflazzjoni mistennija tkompli tiżdied fir-Russja, bil-valur tal-munita naqas madwar 22% din is-sena, u dan kompla jżid l-ispiża tal-importazzjoni ta’ oġġetti.
Din l-informazzjoni bdiet dieħla wara li s-suq tal-ishma Russu reġa’ beda jinnegozja wara waqfa ta’ xahar.
Ritratt: BBC