Aġġornat: Żewġt Irġiel Ġarrbu Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Bejn Sitt Karozzi Fi Triq Il-Kosta
Żewġt irġiel ġarrbu ġrieħi gravi wara ħabta bejn sitt karozzi.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-11am, fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-vetturi nvoluti f’dan l-inċident kienu Nissan Note misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti tas-Sliema, Peugeot 208 misjuqa minn Ġermaniż ta’ 56 sena, Chevrolet Matiz misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti tas-Sliema, Fiat Stilo misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti San Pawl il-Baħar, BMW 320D misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar u li kellu miegħu passiġġier ta’ 22 sena residenti l-Imġarr u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 26 sena u li miegħu kellu passiġġieri mara ta’ 25 sena u tarbija ta’ ftit xhur kollha mill-Fgura.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, taw l-assistenza tagħhom fuq il-post u permezz ta’ diversi ambulanzi, sitt persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, il-passiġġier tal-BMW ta’ 22 sena u r-raġel ta’ 40 sena li kien qed isuq il-vettura Chevrolet Matiz kienu ċċertifikati li ġarrbu ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra li ttieħdu l-isptar, sofrew minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni:
Triq Il-Kosta Direzzjoni Lejn Il-Qawra Tinstab Temporanjament Magħluqa Minħabba Aċċident