Triq Il-Kosta Direzzjoni Lejn Il-Qawra Tinstab Temporanjament Magħluqa Minħabba Aċċident

 Triq Il-Kosta Direzzjoni Lejn Il-Qawra Tinstab Temporanjament Magħluqa Minħabba Aċċident

Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq  direzzjoni lejn il-Qawra.

It-triq tinstab temporanjament magħluqa minħabba inċident tat-traffiku li għadu kemm seħħ ftit tal-ħin ilu.

Minn informazzjoni li għadna jidher li viċin ir-roundabout tas-Salini, fi Triq il-Kosta seħħet ħabta bejn 4 karozzi.

Fuq il-post hemm tim mediku kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Għadu mhux magħruf jekk hemmx nies feruti.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com