Cristiano Ronaldo U Martu Georgina Jirritornaw Lura D-Dar Bit-Tarbija Wara Jiem Ta’ Emozzjonijiet

 Cristiano Ronaldo U Martu Georgina Jirritornaw Lura D-Dar Bit-Tarbija Wara Jiem Ta’ Emozzjonijiet

Cristiano Ronaldo flimkien ma’ martu Georgina rritornaw lura d-dar flimkien mal-bqija ta’ uliedhom bit-tarbija li twieldet nhar it-Tlieta li għadda.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu Ronaldo qasam ritratt tal-familja kollha flimkien filwaqt li rringrazzja lil kulmin kitbilhom kliem ta’ kuraġġ. “Is-sapport tagħkom huwa verament importanti għalina, u stajna nħossu l-imħabba u r-rispett li għandkom għal familja tagħna,” kiteb Ronaldo.

Huwa qal li issa huwa l-mument li għandhom ikunu kburin bit-twelid u l-ħajja tat-tifla li bdiet din il-ħajja fid-dinja.

Cristiano Ronaldo flimkien ma’ martu Georgina kellhom ikollhom tewmin, tifel u tifla, però minħabba xi komplikazzjonijiet li nqalgħu sfortunatament it-tifel miet mat-twelid.

Ara wkoll:

Cristiano Ronaldo U Martu Georgina Jitilfu Tarbija Minn Tewmin Waqt It-Twelid

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com