Il-Kap Eżekuttiv Ta’ Infrastructure Malta L-Inġ. Fredrick Azzopardi Qed Jaħdem In-Notice
L-Inġinier Fredrick Azzopardi ikkonferma li rriżenja minn Infrastructure Malta u fil-jiem li ġejjien se jkun qed jieqaf jaħdem mill-irwol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv ta’ din l-aġenzija.
Jidher li Azzopardi kien diġà qal li jrid jieqaf sa minn Diċembru li għadda, iżda l-Gvern talbu biex jibqa’ sal-elezzjoni.
Huwa ħadem f’din l-aġenzija sa mit-twaqqif tagħha fl-2018 u mexxa bosta proġetti ewlenin fin-network tat-toroq f’pajjiżna. Din kienet wegħda elettorali ta’ Gvern Laburista fejn f’seba’ snin u b’baġit ta’ €700 miljun kellhom jitranġaw it-toroq residenzjali kollha ta’ Malta kif ukoll kien involut biex twettqu proġetti kbar bħal bini tal-flyovers tal-Marsa, il-proġett tas-Central Link, il-mini ta’ Santa Luċija.
L-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li se jkun qed jimxi għas-settur privat però ċaħad li se jkun qed jaħdem fis-settur tal-kostruzzjoni.