Il-Pulizija Qed Tinvestiga Sejba Ta’ Katavru F’Karozza F’Ħal Qormi

 Il-Pulizija Qed Tinvestiga Sejba Ta’ Katavru F’Karozza F’Ħal Qormi

Numru kbir ta’ Pulizija flimkien ma’ esperti forensiċi jinsabu qed jinvestigaw allegat każ ta’ katavru li nstab ġo karozza fil-Wied ta’ Ħal Qormi.

Il-Pulizija dehru fuq il-post għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.

L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa.

Jidher li l-Pulizija issejħu fuq il-post wara li kien hemm riħa qawwija ħierġa minn karozza.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.

1 Comment

Comments are closed.