Il-Malta Cine Circle Jniedi T-62 Kompetizzjoni Nazzjonali Ta’ Films Qosra

 Il-Malta Cine Circle Jniedi T-62 Kompetizzjoni Nazzjonali Ta’ Films Qosra

Is-sejħa għas-sottomissjonijiet għat-62 Festival Nazzjonali tal-Films Qosra issa hi miftuħa. Jistgħu jipparteċipaw ċittadini Maltin u barranin residenti Malta. Il-films jistgħu jkunu dwar kwalunkwe suġġett u t-tul m’għandux jaqbeż it-30 minuta.

Jingħataw premjijiet għall-Aħjar Produzzjoni, Editjar, Awdjo, Ċinematografija u Prestazzjoni fir-Reċtar.

Din is-sena, hija s-70 anniversarju mit-twaqqif taċ-Ċirku. Il-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas.

Ir-regoli ta’ parteċipazzjoni u l-formoli tad-dħul jinkisbu minn: [email protected]

Għal kwalunkwe mistoqsija, tistgħu ċċemplu fuq 9946 0866

Photocaption: Vanessa Vella u David Paul Mallia rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-2021 bil-film Punchline

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com