Ir-Raġġi UV Diġà Jinsabu Daqs Kemm Ikunu Fix-Xhur T’Awwissu u Settembru – Attenti!
Hekk kif il-ġranet issa twalu sew u x-xemx bdiet tixref iżjed spiss u dejjem togħla ‘l fuq fis-sema, tajjeb li niftakru nipproteġu lilna nfusna mir-raġġi perikolużi ultravjola.
Bħalissa l-indiċi tar-raġġi UV ġa jinsabu 8 jew daqs kemm ikunu fix-xhur t’Awwissu u Settembru, anke jekk it-temperatura tal-arja għadha madwar 10°C inqas.
Wara x-xitwa, il-ġilda tkun għadha ma bnietx protezzjoni kontra dawn ir-raġġi u għaldaqstant bħalissa huwa żmien kruċjali sabiex nieħdu ħsieb iżjed nipproteġu lilna nfusna mix-xemx.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament fil-limiti tal-Mellieħa, grazzi għal Luke Muscat