Ir-Russja Twaqqaf Il-Provvista Tal-Gass Lill-Polonja U L-Bulgarija

 Ir-Russja Twaqqaf Il-Provvista Tal-Gass Lill-Polonja U L-Bulgarija

Mil-lum il-kumpanija ewlenija tal-enerġija Russa, Gazprom se tkun qed twaqqaf il-provvista tal-gass lill-Polonja kif ukoll lill-Bulgarija.

Iż-żewġ pajjiżi qalu li ġew infurmati mill-kumpanija Gazprom dwar li kienet se tieqaf tissupplixijhom bil-gass naturali.

Dawn il-pajjiżi iħallsu 60% tal-kont tagħhom bil-munita Ewro u l-bqija f’Dollari Amerikani. Ir-Russja kienet qalet li se tkun qed twaqqaf l-gass lill-Polonja u l-Bulgarija jekk dawn ma’ jibdewx iħallsu bil-munita Russa, ir-Rublu.

Kundizzjoni li ż-żewġ pajjiżi rrifjutaw.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com