“Ma Konnhiex Preparati Għal Dan Kollu” – Il-Kmamar Mortwarja F’Kyiv Jinsabu F’Punt Li Jitilfu L-Kontroll

 “Ma Konnhiex Preparati Għal Dan Kollu” – Il-Kmamar Mortwarja F’Kyiv Jinsabu F’Punt Li Jitilfu L-Kontroll

Il-ħaddiema tal-kmamar mortwarja fil-Kapitali tal-Ukraina u l-madwar qed jiġġieldu mas-sitwazzjoni sabiex jippruvaw iżommu s-sitwazzjoni taħt kontroll. Pero l-ammont kbir ta’ persuni mejta li qed jaslu huwa wieħed kbir ħafna aktar minn kemm jifilħu.

L-ewwel vittma tal-gwerra kien daħal lejn l-aħħar ta’ Frar. L-għada kienu daħlu tnejn oħra. Sal-bidu ta’ Marzu ma’ kienx fadal aktar spazju fejn jitpoġġew katavri.

Din hija r-realtà li qed jgħixu fiha dawn in-nies li kuljum qed iħabtu wiċċhom ma’ għexieren ta’ persuni mejta kawża tal-gwerra.

Ħaddiem minn waħda mill-kmamar mortwarja qal li qatt ma’ kienu qed jistennew dan kollu, “ma konnhiex preparati għal dan kollu.”

Illum aktar minn xahrejn wara li bdiet il-gwerra l-katavri qed jinżammu ġo vannijiet maġenb il-kmamar mortwarja li kienu jqassmu l-ikel u prodotti kesħin.

Bħalissa qed isir investigazzjoni kriminali għal mod kif kienu maqtula diversi nies ċivili għalxejn b’xejn u b’mod b’tortura. Diversi oqbra tal-massa qed ikunu miftuħa biex jinqalgħu l-katavri wieħed wieħed sabiex isir l-investigazzjoni fuq kull każ.

Ritratti: Alessio Mamo/The Guardian

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com