Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Sular Għoli

 Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Sular Għoli

Dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza fil-Port il-Ħieles, f’ Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Ħal-Luqa, weġġa’ wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com