Josef Muscat – Tfajjel Ta’ 11-Il Sena Jilgħab Internazzjonali

 Josef Muscat – Tfajjel Ta’ 11-Il Sena Jilgħab Internazzjonali

Josef Muscat intagħżel biex jilgħab mat-tim ta’ Valletta FC fil-kategorija tal-under 11. Mhux biss! Intagħżel biex jilgħab ukoll mat-tim tal-iskwadra A.S.D Terrasini fi Sqallija fejn fil-logħba tal-14. t’April ta’ din is-sena,  ta prestazzjoni mill-aqwa fejn skurja tlett goals kontra Trapani.

Josef beda it-taħriġ tiegħu mal-Klabb ta’ Hiberians F.C ta’ erba’ snin, u wara kompla mal-Klabb tal-Pieta. Fis-sena 2021 lagħab f’ Licata u ricentament attenda sessjonijiet ta’ taħriġ u logħob ta’ ħbiberija fl-Akkademja ta’ kategorija A ta’ Stoke City Football Club fejn flimkien mat-tfal f’din l-iżjara ġew imħarrga minn coaches ta’ Manchester United.

Nawguraw liċ-ċkejken Josef.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com