Maltin Qed Jisfidaw Il-Periklu Fl-Ukraina Biex Iwasslu L-Ikel Fost Dawk L-Aktar Fil-Bżonn

 Maltin Qed Jisfidaw Il-Periklu Fl-Ukraina Biex Iwasslu L-Ikel Fost Dawk L-Aktar Fil-Bżonn

Douglas u Lorna huma żewġ Maltin li bħalissa jinsabu fl-Ukraina jagħmlu xogħol volontarju fil-qalba tal-gwerra biex iwasslu l-ikel lil tant ċittadini li għandhom bżonn.

Huma telqu minn Malta nhar it-Tlieta li għadda u mistennija jirritornaw lura nhar il-Ħadd li ġej.

Il-konvoj ta’ ikel minn Malta wasal ilbieraħ fil-belt ta’ Odessa.

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Doug (@douglasbarbarosant)

Il-pjan issa huwa li bil-ħames vannijiet li għandhom jevakwaw nisa u tfal mill-belt ta’ Mykolaiv li tinsab viċin Odessa u li kienet attakkata b’mod qawwi fil-ġimgħat li għaddew. Douglas u Lorna qed jippjanaw li jkunu jistgħu jevakwaw mal-mitt persuna lejn postijiet u ċentri aktar siguri li wkoll qed jitranġaw minn fondi miġbura sabiex ikunu jistgħu jakkomodaw lil dawn ir-refuġjati.

L-għajnuna tal-poplu Malti hija mportanti ħafna f’din il-missjoni u għalhekk wieħed jista’ jkompli jgħin lil Douglas u Lorna biex jkunu jistgħu jħallsu għal aktar ikel hekk kif għadhom fiċ-ċans li jwasslu aktar provisti, il-kiri tal-vannijiet, xufiera, fjuwil u aktar.

Tista tagħmel donazzjoni diretta lilhom permezz ta’ dawn il-mezzi:

Kont Bankarju:

Bank of Valletta

MT32VALL22013000000040025340103

Swift code:- VALLMTMTXXX

Jew

Revolut:

Lorna 00356 99458770 / Douglas 00356 99297975

Jew

BOV mobile to mobile pay

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Doug (@douglasbarbarosant)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com