Miet L-Eritrean Ta’ 31 Sena Li Ttajjar Fil-Marsa
Sfortunatament miet l-Eritrean ta’ 31 sena li fl-4 ta’ April li għadda ttajjar fil-Marsa.
L-inċident kien seħħ fi Triq Diċembru Tlettax għall-ħabta tat-3.15am. Il-karozza li laqtitu kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena miż-Żejtun.
Il-vittma, li kien jgħix Ħal Far, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, iżda, huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco fetħet inkjesta dwar il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija baqgħu għaddejjin.
Ara wkoll:
Raġel Bi Ġrieħi Serji Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fil-Marsa