Mużika Mużika – Magħrufa L-Mistiedna Speċjali Li Se Jkantaw Fil-Lejla Tal-Klassiċi

 Mużika Mużika – Magħrufa L-Mistiedna Speċjali Li Se Jkantaw Fil-Lejla Tal-Klassiċi

Baqa’ biss għaxar t’ijiem għar-ritorn ta’ Mużika Mużika li ser isir bejn il-21 u 23 t’April fl-MFCC, ta’ Qali, din is-sena b’udjenza live fis-sala.

Waħda mis-serati ta’ Mużika Mużika hija l-lejla tal-klassiċi, fejn għal-lejla waħda, il-21 parteċipant ta’ Mużika Mużika ser jinterpretaw kanzunetti klassiċi Maltin fi dwetti ma’ diversi artisti stabbiliti Maltin.

Is-sena li għaddiet, din is-serata qanqlet ħafna nostalġija f’qalb it-telespettaturi u din is-sena mhux b’inqas!

Il-mistiedna speċjali għal-lejla tal-klassiċi huma: Fabrizio Faniello, Ludwig Galea, Tiziana Calleja, Marthese Tanti, Janvil, Alex Schembri, Ozzy Lino, Incorvaja Sisters, Philip Vella, Roger Tirazona, Walter Micallef, Lawrence Gray, X-TEND, Lynn Chircop, Rosman Pace, Moira Stafrace, Daniel Cauchi, Eleanor Cassar, Joe Carr, Ivan Grech u Chiara.

Infakkrukom li tistgħu tixtru l-biljetti tiegħek għal Mużika Mużika minn hawn: www.visitmalta.com/en/events-in-malta-and-gozo/event/muzika-muzika-festival-2022/

Mużika Mużika huwa organizzat minn Festivals Malta, bis-sapport tal-Malta Philharmonic Orchestra  u tal-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Għal aktar informazzjoni żur muzikamuzika.mt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com