Mil-Lum Jibda Brillanti Fuq ONE TV Ma’ Joseph Chetcuti

 Mil-Lum Jibda Brillanti Fuq ONE TV Ma’ Joseph Chetcuti

Mil-lum 8 t’April, jibda Brillanti fuq ONE TV fuq produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Joseph Chetcuti. Programm li se jkun qed jattira talent ġdid u eċitament fil-gżejjer tagħna.

Jidher li Brillanti se jippreżenta talent versus talent ieħor sakemm il-pubbliku jara min hu l-iżjed Brillanti minnhom kollha.

Il-Gran Final ta’ Brillanti ser jara lill-aqwa mużiċist jieħu miegħu l-premju ta’ €10,000 fi flus kontanti u anke opportunità li jieħu sehem fuq palk b’orkestra professjonali. Dan grazzi għall- European Foundation for Support of Culture immexxieha minn Konstantin Ishkhanov

Il-ġurija se tkun komposta minn Albert Storace, is-Soprano Nicola Said u l-organista bravissimu Wayne Marshall OBE.

Brillanti – Titilfuhx!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com