“Pass Ċkejken Ħażin U Sseħħ Telf Ta’ Ħajja Oħra…” – John Bundy
“Pass ċkejken ħażin jew tfixkila f’ġebla u sseħħ telf ta’ ħajja oħra u familja mnikkta.”
Dan kien il-messaġġ li kiteb John Bundy dalgħodu flimkien ma żewġ ritratti li juru periklu serju f’sit ta’ kostruzzjoni.
Sfortunatament dawn is-sitwazzjonijiet kienu, għadhom u sfortunatament jidher li ħa jibqgħu jiġru fuq postijiet tax-xogħol speċjalment dawk ta’ kostruzzjoni.
Dan minkejja diversi aċċidenti fatali li seħħew u diversi kampanji ta’ edukazzjoni u għarfien fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Però din hija bidla totali fil-mentalità li trid isir u sfortunatament in-nies bl-infurzar bil-multi jitgħallmu.
X’taħseb dwar dan?