Tkompli L-Mewġa Ta’ Ħħekjar Tal-Instagram – Attenti
Jidher li bosta huma dawk li għandhom il-profil ta’ instagram iħħekjat. Dan ifisser li l-persuna titlef il-kontroll tal-profil tagħha u jibdew jintbagħatu messaġġi lis-segwaċi tiegħek fejn bosta drabi, saħansitra jkellmuk bil-Malti.
Il-Pulizija ftit tal-jiem ilu appellat lill-pubbliku biex joqgħod attent u ma jagħtix dettalji u anqas jiklikkja fuq links li jara dubjużi.
Qatt tħallsu flus bla ma tkunu tafu għalxhiex.