Tletin – Rappreżentazzjoni Awdjoviżiva Fl-Oratorju Tad-Duluri F’Bormla
Fl-Oratorju tad-Duluri f’Bormla qed issir rappreżentazzjoni awdjoviżiva bl-isem ta’ “Tletin”. Kull minn kellu l-okkażjoni li jżur dan l-Oratorju, innota li din il-binja hija ġawhra ta’ arti barokka. Fiha, minbarra 3 pitturi ta’ Francesco Zahra, nsibu wkoll diversi xogħlijiet ta’ skultura fil-ġebla Maltija li juru xeni u somboli tal-Passjoni.
Matul din il-ġimgħa, f’din ir-rappreżentazzjoni, waqt li wieħed seta’ jsegwi r-rakkont tal-Passjoni, mgħejun minn effetti speċjali maħluqa b’dawl armat apposta, setgħa japprezza dak kollu li hemm f’dan l-Oratorju, li kien inbena mill-Fratellanza tal-Kurċifiss bl-iskop li fih jiltaqgħu l-membri tal-fratellenza għal-laqgħat tagħhom.
Kull min jixtieq jattendi għal din ir-rappreżentazzjoni, jista’ jagħmel dan illejla, mit-8pm ‘il quddiem.