X’Se Jiġri F’Ħal Għargħur Illejla Differenti Mis-Snin Ta’ Qabel?
Dwal Ġodda waslu għall-aħħar produzzjoni ta’ NIFS.
Illum, id-dramm NiFS jibda fit-3.00pm fit-teatru ta’ Ħal Għargħur
It-tim tal-produzzjoni ħeġġeġ lil min għandu booking biex jasal fit-teatru mqar nofsiegħa qabel. Billi llum se jkun hemm il-purċissjoni madwar ir-raħal, f’diversi toroq mhux permess parking mis-1pm. Għalhekk issuġġerew biex taħsbu ftit qabel ħalli tipparkjaw bil-kwiet (eż qrib il-Madonna tad-Duluri biswit il-Victoria Lines https://maps.app.goo.gl/ZHqmMtVQZvHTTbkv9 )
Id-dramm jintemm għal ħabta tal-5pm u kulħadd mistieden jitla’ fil-pjazza ta’ Ħal Għargħur fejn tibda ħierġa l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira għall-ħabta tal-5.30pm mill-knisja parrokkjali. Il-purċissjoni tgħaddi minn: Triq l-Oratorju, Vjal ir-Repubblika, Emanuel Perenn, Triq Stiefnu Żerafa, Triq San Ġwann, Triq San Bert.