X’Inhi R-Rabta Ta’ Tiziano Ferro Ma’ Buġibba?

 X’Inhi R-Rabta Ta’ Tiziano Ferro Ma’ Buġibba?

Ftit gossip imma ħelu. Kontu tafu li l-familja ta’ Tiziano Ferro kellhom it-trampoline ta’ Buġibba li kien jintrama fis-sajf? Dan kien jintrama  biswit il-bumping cars f’fetħa li kienet aċċessibbli għall-pubbliku biex jitgawda minn ħafna tfal.

Tiziano Ferro kien iqatta’ 3 xhur tas-sajf sħaħ hawn Malta. Dan ikkonfermahulna sors qarib tal-artist li anke kien iqatta’ l-ħin ma’ din il-familja fis-sajf.

L-artist Taljan huwa wkoll awtur tal-lirika li jkanta hu stess. L-ewwel hit tiegħu kienet ‘Perdono’ fl-2001 fejn minn hemm, baqa’ jagħmel suċċess wara l-ieħor.

Huwa kien tkellem pubblikament dwar sfidi personali li kellu f’ħajtu fosthom l-omosesswalità u l-obeżità fejn għandu kanzunetta 111; li titratta dwar il-piż li kellu ta’ 111-il kilo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com