Aġġornat: Joseph Ellul Ta’ 38 Sena Jitlef Ħajtu B’Mod Traġiku Fl-Inċineratur Tal-Wasteserv Fil-Marsa

 Aġġornat: Joseph Ellul Ta’ 38 Sena Jitlef Ħajtu B’Mod Traġiku Fl-Inċineratur Tal-Wasteserv Fil-Marsa

Joseph Ellul ta’ 38 sena minn Marsaxlokk huwa l-ħaddiem li tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jaħdem fl-inċineratur tal-Wasteserv fil-Marsa

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa l-impjant tal-inċineratur, fil-Marsa minħabba li raġel kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem fl-istess impjant.

Minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei kien imsejjaħ sabiex jassisti, iżda sfortunatament il-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Minn rapporti li ħarġu fuq TVM jidher li l-ħaddiem kien qed jaħdem fil-parti fejn jitqatta’ l-laħam qabel jinħaraq. Hawnhekk għal xi raġuni l-vittma waqa’ bil-konsegwenza li sofra ġrieħi serji.

Joseph Ellul tilef ħajtu ftit tal-jiem biss qabel iċċelebra għeluq sninu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-inċident.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com