Tużax Dan Il-Prodott Minħabba Livelli Għoljin Ta’ Pestiċidi

 Tużax Dan Il-Prodott Minħabba Livelli Għoljin Ta’ Pestiċidi

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ pestiċidi varji.

Deskrizzjoni tal-prodott: Kemmun mitħun (Ground Cumin)

Ditta: TRS

Użin: 100g

Data tad-durabbilità: April 2023​

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com