Aġġornat: Żewġ Persuni Jindarbu Gravi F’Ħabta Bejn Tliet Karozzi Fil-Furjana
Żewġ xufiera spiċċaw b’ġrieħi gravi wara ħabta bejn tliet karozzi.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11:15am, fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Floriana.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 34 sena, residenti tal-Pieta’, Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 61 sena u Porsche Cayenne misjuqa minn raġel ta’ 35 sena.
Iż-żewġt irġiel huma residenti il-Belt Valletta.
Passiġġiera fit-Toyota Vitz kien hemm mara ta’ 63 sena filwaqt li fil-Porsche kien hemm mara ta’ 33 sena, t-tnejn li huma residenti l-Belt Valletta.
Iż-żewġ xufiera tal-karozzi Toyota ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar kura. Aktar tard huma kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni:
Triq L-Assedju L-Kbir Fil-Belt Valletta Tinsab Temporanjament Magħluqa