Aktar Minn 20,000 Anzjan Ħadu T-Tieni Doża Tal-Booster

 Aktar Minn 20,000 Anzjan Ħadu T-Tieni Doża Tal-Booster

Aktar minn 20,000 persuni li għandhom ‘il fuq minn 65 sena ħadu t-tieni doża tal-booster tal-Covid-19.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

F’Malta t-tieni doża tal-booster bdiet tingħata lill-anzjani u nies vulnerabbli fl-ewwel ġimgħa ta’ April.

It-tieni doża tal-booster qed tingħata b’mod volontarju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com