Bil-Filmat: Kien Bħal-Lum 63 Sena Ilu Meta L-Funtana Tat-Tritoni Nxtgħelet Għall-Ewwel Darba

 Bil-Filmat: Kien Bħal-Lum 63 Sena Ilu Meta L-Funtana Tat-Tritoni Nxtgħelet Għall-Ewwel Darba

Kien bħal-lum 63 sena ilu, fl-1959, meta l-Funtana tat-Tritoni nxtgħelet għall-ewwel darba ġewwa l-Belt Valletta.

Il-Funtana tat-Tritoni ġiet iddisinjata u mibnija bejn 1952 u 1959 mill-iskultur Malti, Vincent Apap u d-disinjatur Victor Anastasi.

Kien propju s-Sibt, 16 ta’ Mejju, 1959 meta l-Funtana tat-Tritoni nxtgħelet għall-ewwel darba bl-ilma fost ċelebrazzjonijiet madwar l-istess funtana.

Matul is-snin il-Funtana ġarrbet diversi ħsarat u fl-2017 kien beda r-restawr fuqha u ġiet inawgurata fl-2018, fis-sena speċjali tal-Valletta 2018.

Grazzi għal Malta Audio Visual Memories nistgħu naraw ftit mumenti ta’ din il-ġurnata kif ukoll matul is-snin, permezz ta’ filmati.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com