“Ara Taqtgħux Fejn Dawn Ir-Ritratti?…Beirut Fis-Snin 80, Kabul Fis-Snin 90 Jew Birkirkara?” – Il-MP Adrian Delia

 “Ara Taqtgħux Fejn Dawn Ir-Ritratti?…Beirut Fis-Snin 80, Kabul Fis-Snin 90 Jew Birkirkara?” – Il-MP Adrian Delia

“Ara taqtgħux fejn dawn ir-ritratti?”

Dalgħodu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq il-mezzi soċjali tiegħu b’mod sarkastiku staqsa lill-pubbliku jekk jaqtgħux fejn huwa l-post li kien qed juri permezz ta’ erba’ ritratti.

Huwa qabbel dawn ix-xeni li jidhru fir-ritratti ma’ Beirut jew Kabul fis-snin 80 u 90.

Fir-ritratti jidher post ta’ kostruzzjoni mimli żibel ta’ kull tip. Jidher ukoll ritratt ta’ munzell żibel qed jitqabbad bin-nar biex jinqered.

Dawn huma xeni li sfortunatament għadna naraw f’pajjiżna fis-sena 2022.

Dan il-każ partikolari jinsab wara l-Knisja ta’ San Franġisk, f’Birkirkara.

Illum permezz tal-app CLEAN and UPKEEP huwa faċli ħafna li wieħed jirrapporta każijiet bħal dawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com