“Bdew Il-Festi Wara Sentejn…U Bħal Dejjem Ħarġu L-Erba’ Tas-Soltu Jeqirdu Fuq Kollox” – Albert Gauci Cunningham

 “Bdew Il-Festi Wara Sentejn…U Bħal Dejjem Ħarġu L-Erba’ Tas-Soltu Jeqirdu Fuq Kollox” – Albert Gauci Cunningham

L-istaġun tal-festi tant mistenni minn bosta beda, wara nuqqas ta’ sentejn, u bħal kull sena jkun hemm min irid jikkummenta fuq kollox, basta kontra l-festi.

“Bdew il-festi wara sentejn, waħda mill-isbaħ tradizzjonijiet ta’ dan il-pajjiż, uniċi fl-istil tagħhom, b’logħob tan-nar ta’ artistrija, armar uniku fid-dinja u kapaċità liema bħalha ta’ volontarjat ippassjonat! U bħal dejjem ħarġu l-erba’ tas-soltu jeqirdu fuq kollox…”

Dan kien il-messaġġ li kiteb Albert Gauci Cunningham fuq il-mezzi soċjali tiegħu wara li jidher li xi wħud ma tantx ħadu tant ġost b’dan.

Hu qal li dawn huma nies li “qishom is-seba’ snin tal-kastigi! L-istess erbgħa li jekk jaraw xi kaxxa kulur barra minn Malta joqgħodu jistagħġbu.”

Gauci Cunningham fil-kitba tiegħu qal li sfortunatament hawn Malta hawn min ma għandu apprezzament ta’ xejn ta’ dak li jagħmilna min aħna, “snobbs kulturali li dak kollu Malti jarawh baxx u ħamallu.”

Huwa temm jgħid li għax dawn in-nies “taparsi għandhom gosti aktar sofistikati”, jixtiequ jeliminaw il-festi!”

X’taħseb dwar dan?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com