Bil-Filmat: Alicia Bugeja Said Inzertat Wild Ta’ Ħaruf Fil-Malta AgriFair

 Bil-Filmat: Alicia Bugeja Said Inzertat Wild Ta’ Ħaruf Fil-Malta AgriFair

Fuq il-midja soċjali tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat kif segwiet il-wild ta’ ħaruf. Esprimiet li din kienet esperjenza sabiħa u rringrazzjat lill-Assistenti tal-Animal Welfare li kienu qed isegwu l-proċess.

Bħalissa f’Ta’ Qali għaddejja l-Malta AgriFair għall-ewwel darba organizzata mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u drittijiet tal-annimali. Hija fiera li tippromwovi l-prodott lokali.

Inħeġġukom iżżuruha. Idħlu fuq: https://agrifair.gov.mt/ għal aktar informazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com