Bil-Filmat: Suldati Russi Jinqabdu Joqtlu Ċivili Mhux Armati Għall-Gost

 Bil-Filmat: Suldati Russi Jinqabdu Joqtlu Ċivili Mhux Armati Għall-Gost

Filmati xokkanti li ġew f’idejn ġurnalisti tas-CNN jagħtu raġun għal dak li qed tgħid l-Ukrajna u huma prova ċara tal-atroċitajiet li qed isiru mill-qawwiet Russi fuq il-poplu Ukren.

Dan il-filmat inġibed meta l-ġlied fil-kapitali Ukrena, Kiev kien fl-eqqel tiegħu.

Fil-filmat jidher kif 5 suldati Russi waslu quddiem stabbiliment bil-pjan li jidħlu jisirqu, sakemm żewġt irġiel li kienu viċin il-grada ħarġu jwaqqfuhom. Wieħed ġie identifikat bħala sid l-istabbiliment u l-ieħor Leonid Oleksiyovych Plyats, ta’ 68 sena li kien jaħdem bħala uffiċjal tas-sigurtà.

Huma dehru jimxu lejn is-suldati b’idejhom mgħollija biex juru li m’għandhomx armi fuqhom. L-Ukreni dehru qed ikellmu lis-suldati Russi b’mod normali sakemm kienu qed ifittxulhom fil-ġakketta għal xi armi.

Hekk kif l-irġiel Ukreni bdew mixjin lura, żewġ suldati daru lura u jidhru jisparaw lill-Ukreni minn wara darhom.

Wieħed mill-irġiel, il-gwardjan irnexxielu jqum u jidħol fil-kamra tas-sigurtà biex iċempel għal għajnuna però laħaq tilef wisq demm u miet fuq il-post sakemm ġew is-suldati Ukreni.

Sadanittant is-suldati Russi jidhru jidħlu jisirqu mill-istabbiliment.

Dan il-każ qed ikun investigat bħala reat kriminali tal-gwerra fost każijiet oħra kontra r-Russja.

Ara l-filmat: 

Ritratti: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com