Ħaddiem Sirjan Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Erba’ Sulari F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Marsalforn

 Ħaddiem Sirjan Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Erba’ Sulari F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Marsalforn

Ħaddiem Sirjan ta’ 46 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar erba’ sulari.

L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10:45am, f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Manwel Magro, f’Marsalforn.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma, weġġa’ wara li waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com