“Il-Familja Tibqa’ Mill-Aktar Fundamentali Biex Soċjetà Tissaħħaħ U Tirnexxi” – Il-Viċi Kap Tal-PN David Agius

 “Il-Familja Tibqa’ Mill-Aktar Fundamentali Biex Soċjetà Tissaħħaħ U Tirnexxi” – Il-Viċi Kap Tal-PN David Agius

“Bħala l-benniena li twelled u trawwem il-ġenerazzjonijiet ta’ żmienna u ta’ għada, il-familja tibqa’ mill-aktar fundamentali biex soċjetà tissaħħaħ u tirnexxi.”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Politika Soċjali David Agius fil-Jum Internazzjonali tal-Familja.

David Agius fi stqarrija qal li jixraq li f’dan il-jum infakkru l-ħidma, is-sagrifiċċji u d-dedikazzjoni tal-familji tagħna. Infakkru t-tbatijiet li jġarrbu, b’mod partikolari dawk li f’pajjiżhom għandhom it-taqlib, il-gwerer u l-faqar. Lil dawk li tilfu kollox, lit-tfal li sfaw iltiema u lill-familji li jixtiequ jkollhom l-ulied.

“F’dan il-Jum inwassal messaġġ ta’ ringrazzjament lill-familji Maltin u Għawdxin tal-impenn tagħhom fis-skiet għas-soċjetà tagħna, u nisħaq dejjem fuq l-importanza li nfasslu prijoritajiet u nwettqu politika li jpoġġu lill-bniedem – u għaldaqstant lill-familji tagħna – fiċ-ċentru nett tagħhom,” temm jgħid il-Viċi Kap tal-PN David Agius.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com