L-FKNK Titlaq Aktar Minn 400 Gamiema Fis-Selvaġġ

 L-FKNK Titlaq Aktar Minn 400 Gamiema Fis-Selvaġġ

Ilbieraħ, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Migrazzjoni tal-Għasafar, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti telqet aktar minn 400 gamiema fis-selvaġġ minn Paradise Bay, il-Mellieħa.

Il-proġett tal-FKNK – ‘Tnissil fil-magħluq u tluq fis-selvaġġ’ beda lura fis-sena 2017, fejn ta’ kull sena l-FKNK titlaq fis-selvaġġ mijiet ta’ gamiem mnissla fil-magħluq, fi żmien il-passa tal-għasafar filwaqt li l-istaġun tal-kaċċa jkun magħluq.

Fi stqarrija l-FKNK qalet li dan il-gamiem eventwalment ipassi lejn pajjiżi oħra, hekk kif kien xjentifikament ippruvat b’użu ta’ trażmettituri satellitari fis-sena 2021 fejn waħda mill-gamiem mitluqa marret il-Bulgarija.

Aktar tard din is-sena ser jintelqu suġġetti oħra ta’ gamiem bi trażmettituri satellitari.

L-FKNK temmet tgħid li dan huwa mezz importanti ħafna ta’ kif Malta, bħala Membru Stat, tista’ tgħin fil-konservazzjoni tal-ispeċi tal-gamiema u b’hekk jservi bħala miżura ta’ kumpens għall-gamiem li jista’ jmut fis-selvaġġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com