Il-Finlandja Tikkonferma Li Se Tissieħeb Fin-NATO – L-Iżvezja Qed Tikkunsidra

Dalgħodu l-President tal-Finlandja flimkien mal-Gvern ħabru li se jkunu qed japplikaw biex jissieħbu fin-NATO.
Dan ġie konfermat waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-President Sauli Niinisto u l-Prim Ministru Sann Marin mill-Palazz Presidenzjali f’Helsinki.
Fil-jiem li ġejjien il-Parlament mistenni jiddiskuti l-applikazzjoni u japprova formalment.
Fil-jiem li għaddew il-President Russu Valdimir Putin qal li l-Finlandja se tagħmel żball kbir jekk tissieħeb fin-NATO. Putin f’reazzjoni għal dan fil-jiem li għaddew waqqaf il-provvista tal-elettriku mir-Russja għall-Finlandja, li tammonta għal 10% mill-konsum totali.
Il-Finlandja għandha fruntiera ta’ 800 mil mar-Russja.
Jidher li l-Iżvezja qed tikkunsidra wkoll li tissieħeb man-NATO fil-jiem li ġejjien.
Ritratt: Reuters